Kundanna għall-messaġġ ta’ mibegħda ta’ esponent Nazzjonalist kontra t-tfal tal-PM – One News

Notifiki

Kundanna għall-messaġġ ta’ mibegħda ta’ esponent Nazzjonalist kontra t-tfal tal-PM

Fil-Milied imqaddes, Godfrey Leone Ganado, persuna qrib ħafna tal-Partit Nazzjonalista, uża l-profil tiegħu fuq facebook biex iwassal messaġġ ta’ mibegħda kontra l-familja tal-Prim Ministru.

Filwaqt li insulta waħda mill-ulied il-Prim Ministru li tkellmet dwar l-esperjenza trawmatika li għaddiet minnha l-familja meta l-istorja dwar Egrant kienet għadha ma ġietx iċċertifikata bħala gidba, Ganado infexx ibeżża’ bi kliem iebes lit-tfal tal-Prim Ministru li missierhom se jispiċċa l-ħabs.

Dan l-istess argument intuża kemm il-darba mill-Partit Nazzjonalista tul il-kampanja elettorali qalila.

Il-kumment ta’ Ganado wassal għall-kundanna ta’ nies li raw dan il-kumment mhux f’loku, speċjalment għax żeffen fin-nofs it-tfal.

Fost l-oħrajn tkellmet il-Kummissarju għat-Tfal, li qalet li t-tfal ta’ persuna fil-politika diġà huma vulnerabbli iżjed għax huma fl-għajn pubblika. Pauline Miceli qali li “billi t-tfal huma minuri, u huma fl-istess waqt vulnerabbli, it-tfal għandna dejjem inħalluhom barra mill-argumenti, mill-kontroversji politiċi u tkun iktar kerha meta dak li jkun jagħmel kummenti, jistgħu jkunu kummenti fil-gazzetti, kummenti fil-midja soċjali li huma qed jippruvaw jagħtu daqqa lir-rivali tagħhom, li jilħqu lill-ġenituri tagħhom, lill-ġenituri ta’ dawn it-tfal imma qegħdin jużaw it-tfal. U għalija dik m’hijiex xi ħaġa aċċettabli”.

Din mhux l-ewwel darba li Godfrey Leone Ganado uża kliem aħrax u mimli insulti fil-konfront tan-nies.

Fil-fatt Ganado, li jħobb jintuża sew mill-Partit Nazzjonalista biex jitwasslu l-messaġġi mill-aktar ħorox tal-istamperija għajjar bi kliem dispreġġjattiv lid-deputat Laburista Rosianne Cutajar.

Il-Membru Parlamentari kienet kostretta tiftaħ libell lil  Ganado fejn stqarret li l-lingwaġġ li uża Ganado huwa tip ta’ vjolenza verbali kontra n-nisa u min hu fl-għajn pubblika.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend