"Il-vot dwar Brexit ma jistax jistenna"- Corbyn iħeġġeġ lil Theresa May ittemm il-vaganzi tal-Parlament Ingliż | One News

Notifiki

“Il-vot dwar Brexit ma jistax jistenna”- Corbyn iħeġġeġ lil Theresa May ittemm il-vaganzi tal-Parlament Ingliż

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qed iħeġġeġ lill-Prim Ministru Ingliż Theresa May biex ittemm il-vaganzi tal-Milied tal-Parlament, sabiex il-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jieħdu vot dwar Brexit.

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija lura fil-House of Commons fis-7 ta’ Jannar li ġej, u l-Prim Ministru May qalet li l-vot dwar il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jittieħed il-ġimgħa ta’ wara. Corbyn kien pront joġġezzjona għal dan, u qal li l-vot għandu jittieħed mill-aktar fis possibbli.

Intant, sors minn Downing Street qal mal-midja Ingliża li l-kumment ta’ Jeremy Corbyn qed jitqies bħala wieħed “redikolu”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend