Il-bastiment Open Arms jidħol Spanja bi 311-il immigrant abbord – One News

Notifiki

Il-bastiment Open Arms jidħol Spanja bi 311-il immigrant abbord

Bi 311-il immigrant abbord, il-bastiment Open Arms daħal fil-port ta’ Crinavis fi Spanja. Kważi 150 minn dawn l-immigranti huma tfal li ġew salvati minn ħalq il-mewt fil-kosta Libjana l-ġimgħa li għaddiet. L-immigranti ddaħħlu Spanja wara li l-Gvern Spanjol awtorizza l-iżbark tagħhom fil-port tal-pajjiż is-Sibt li għadda. 

L-immigranti huma mill-Kosta tal-Avorju, mill-Mali, mis-Somalja u mis-Sudan, u qed jinżammu f’ċentru temporanju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend