Mixli li stupra lill-eks martu lejlet il-Milied – One News

Notifiki

Mixli li stupra lill-eks martu lejlet il-Milied

Libjan li tressaq il-Qorti b’akkuża li stupra lill-eks martu, li tiġi wkoll omm uliedu, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest u kellu mposti fuqu ordnijiet stretti mill-Qorti. Il-każ allegatament seħħ f’appartament f’Tas-Sliema lejlet il-Milied.

Fil-Qorti xehed l-Ispettur John Spiteri, li qal li meta l-Pulizija tkellmet mal-akkużat fuq ir-rapport tal-mara, mar wara l-bieb ta’ darha u beda’ jipprova jċemplilha. Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat prova jkellem lil xi persuni li mistennija jixhdu fil-każ, u kien qed jippjana biex jitlaq minn Malta.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat li l-ismijiet tal-vittma u tal-akkużat ma jiġux ippubblikati, u ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma. L-akkużat kien imwissi biex ma jerġax ikellem lill-eks martu, għaliex f’dak il-każ jeħel multa ta’ €7,000 u sentenza ħabs.

L-imputat żied jgħid li m’għandu ebda ħsieb li jkellem lill-eks martu, u saħansitra għadda l-mowbajl tiegħu lill-Pulizija. Huwa se jinżamm arrestat fit-taqsima forensika tal-Isptar Monte Carmeli minħabba li wera tendenzi suwiċidali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend