Jinġabru €26 miljun fl-Istrina tul il-ħames snin tal-presidenza ta’ Coleiro Preca – One News

Notifiki

Jinġabru €26 miljun fl-Istrina tul il-ħames snin tal-presidenza ta’ Coleiro Preca

“Iva, dan il-poplu uniku, ħadd ma jiġbor daqsna ras għal ras. Aħna l-poplu li għall-ġenerożità u  solidarjetà nibqgħu distinti”. Hekk sotniet il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca fl-aħħar edizzjoni tal-Istrina taħt il-Presidenza tagħha li matulha nġabret is-somma rekord ta’ aktar minn €7.6 miljun.

F’atmosferma ferriħija u ta’ sodisfazzjon kbir fi tmiem il-maratona televiżiva ta’ aktar minn 12-il siegħa, il-President Coleiro Preca qalet li s-somma miġbura din is-sena tisboq dik tas-sena li għaddiet b’aktar minn miljun ewro. Huwa stmat li matul ix-xandira tal-bieraħ, inġabru aktar minn €160 kull sekonda.

Fl-aħħar Istrina tagħha, il-President appellat lill-poplu Maltin u Għawdxi biex l-ispirtu ta’ għaqda li ġġib l-istrina fost il-poplu jibqa’ jirrenja matul is-sena kollha:

“Din hija l-aħħar Istrina tiegħi, imma nixtieq li l-ispirtu li ġġib f’pajjiżna l-Istrina ta’ għaqda u ġenerożità u solidarjetà, u rispett u mħabba jirrenja f’Malta kuljum tas-sena. Ejja nkomplu nkunu uniċi, kuljum ninsew il-firdiet u ningħaqdu aktar biex nagħmlu aktar ġid lill-pajjiżna u lil xulxin”.

Tul il-maratana kienu eluf li kkonribwew għall-karus tal-Malta Community Chest Fund permezz tat-telefon u għotjiet minn kumpaniji, għaqdiet u bosta attivitajiet  li ttellgħu fl-aħħar xhur.

Donazzjoniiet li tul is-sena jagħtu sostnew lill-ġenituri ta’ tfal morda bil-kanċer u għaqdiet mhux governattivi li jaħmdu qatigħ mat-tfal, persuni li jgħixu fir-riskju tal-faqar, persuni b’diżabilità u nies vulnerabbli.

Fil-qofol tal-maratona, il-President tat ħajr lill-organizzaturi ta’ din l-akbar festa ta’ ġenoriztà f’pajjiżna u fuq kollox lill-poplu malti u għawdxi kollu:

“Grazzi lill-poplu Malti u Għawdxi, lilkom għeżież ħuti Maltin u Għawdxin li ma nafx kemm-il darba tul dawn il-ħames snin, għal kwantità ta’ drabi għamiluni kburija li jien il-President tagħkom, u li jien Maltija”.

Tul din il-Presidenza ta’ Coliero Preca inġabru mas-€26 miljun f’ħames snin, xhieda tal-ġenerożità u s-solidarjetà tal-poplu Malti u Għawdxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend