Ibigħu l-ħwawar flok il-ħelu tal-Milied | One News

Notifiki

Ibigħu l-ħwawar flok il-ħelu tal-Milied

Filwaqt li diversi skejjel iqassmu ħelu tradizzjonali tal-Milied fl-aħħar jiem tal-ewwel parti tas-sena skolastika, l-iskola Primarja ta’ Ħal Luqa ħadet ħsieb li anke f’dawn iż-żmienijiet ta’ festi tieħu ħsieb saħħet l-istudenti tagħha.

It-tfal għażlu li jbigħu ħwawar friski maqtugħin minn ġnien vertikali fil-bitħa tal-iskola stess. Fost il-ħwawar kien hemm nagħniegħ, klin, salvja u sagħtar.

Il-ħwawar tqiegħdu f’kontenituri tal-plastik li fihom ikun hemm il-frott u l-ħaxix li jitqassam lit-tfal u minflok ġew mormija, intrefgħu biex ikunu jistgħu jerġgħu jintużaw.

B’kollox inbigħu 42 kontenitur.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend