Jingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Istrina – One News

Notifiki

Jingħata bidu għal edizzjoni oħra tal-Istrina

L-Istrina bdiet għall-ħabta ta’ nofsinhar biex għal dawn it-12-il siegħa li ġejjin il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu differenza f’ħajjet ħuthom fil-bżonn. Din is-sena l-Istrina qed issir fil-kumpless sportiv ta’ Ħal Kirkop b’risq il-Fondazzjoni tal-Malta Community Chest Fund. 

F’filmat li ntwera fil-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat tenna l-importanza li wieħed jattendi u jagħti donazzjoni lill-Istrina.

Din hija wkoll l-aħħar Istrina tal-President Marie Louise Coleiro Preca, li qasmet ma’ dawk preżenti xi esperjenzi li qalet li jħeġġuha tibqa’ taħdem għall-ġid tas-soċjetà. Qalet ukoll li l-Maltin għandhom ikuu kburin li huma poplu qalbien li jgħin lil min hu fil-bżonn.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, kien preżenti għall-ftuħ ukoll.

L-istazzjon ONE se jkun qed ixandar il-maratona b’mod dirett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend