Tlieta mejta wara attakk fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja fi Tripli – One News

Notifiki

Tlieta mejta wara attakk fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja fi Tripli

Tliet persuni nqatlu u għexieren ta’ persuni ndarbu wara attakk fuq il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Libjan fi Tripli. Qed ikun irrappurtat li nstemgħet splużjoni u xi sparaturi minn ġewwa l-binja. Jidher li dan kollu kien kawża ta’ bomba suwiċida.

Persuna oħra li kienet kompliċi fl-attakk inqatlet fuq il-post. S’issa l-ebda organizzazzjoni ma nstabet responsabbli ta’ dan l-attakk.

L-attakk ta’ Jum il-Milied jingħaqad ma’ katina oħra ta’ attakki minn militanti Iżlamiċi, li kull maj mur ħraxu wara l-qtil tal-eks mexxej Libjan, il-Kurunell Muammar Gaddafi. Il-pajjiż jinsab maqsum bejn żewġ gvernijiet, li kull wieħed minnhom qed igawdi minn appoġġ minn għaqdiet militari lokali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend