Aktar sejbiet tad-droga fil-lejl tal-Milied – Sitt irġiel arrestati – One News

Notifiki

Aktar sejbiet tad-droga fil-lejl tal-Milied – Sitt irġiel arrestati

Matul  illejl  tal-Milied twettqu  diversi  spezzjonijiet  fi stabbilimenti ta’ divertiment madwar Malta fosthom il-Gżira u Paceville mill-iskwadra ta’ kontra d-droga.

6 irġiel; 3 Maltin u 3 ta’ nazzjonalita’ Libjana, li l-età tagħhom tvarja bejn 17 u 38 sena.

Fil-pussess ta’ żewġ Maltin u t-tliet barranin instabet sustanza suspettata pjanta tal-kannabis, filwaqt li fil-pussess  tal-Malti l-ieħor, residenti ġewwa l-Isla, nstabu madwar 100 pillola suspettata ecstasy.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. A Demicoli, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-Malti mistenni jitressaq il-Qorti għada.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend