15,000 bozza jsawru faċċata unika għal żmien il-Milied | One News

Notifiki

15,000 bozza jsawru faċċata unika għal żmien il-Milied

Bi ħmistax-il elf bozza dawwal il-faċċata ta’ daru, u ħoloq attrazzjoni fi Triq il-Parroċċa fin-Naxxar li dawret lejha l-ħarsa ta’ bosta.

Din il-faċċata ta’ dar Silvano Azzopardi, li ħaditlu tliet snin biex lestieha, hekk kif  sena wara l-oħra kompla jibni fuq dak li kien rama’ s-sena ta’ qabel.

“Jiena minn dejjem kont dilettant u ftit snin ilu daqs tliet snin, erbgħa kelli ħolma biex nagħmel faċċata.”

Din is-sena Silvano  rnexxielu jagħlaq ix-xogħol fuq din il-faċċata maestuża.

“Fin-nofs bażikament hemm il-Madonna bil-Bambin imdawra bl-Anġli. Fuq wara tara d-dawl biex joħroġ l-atmosfera tal-Madonna u l-Bambin imbagħad għandek l-istilla fuq mas-sema rrappreżentata bl-istilel imbagħad ninżlu hawn isfel b’mod differenti tgħid żejjinthom b’mod differenti.”

Issa t-talent ta’ Silvano ġibed ukoll l-għajn tal-Kunsill Lokali, li nkarigah bit-tiżjin ta’ toroq ewlenin fin-Naxxar.

“Meta lestejt il-faċċata kien il-ħolma tiegħi li nagħmel Triq u l-Kunsill Lokali kien avviċinani nagħmel triq u jekk imorru fit-Triq prinċipali taraw disinn li għamilt jien.”

Fost toroq oħra Silvano kien inkarigat bid-tiżjin tad-dawl fi Vjal il-Ħaddiem. Dawl maħdum b’reqqa kbir fuq disinn oriġinali tiegħu.

Konxju tal-attenzjoni li nġibdet wara xogħol tant metikoluż Silvano kkonkluda li filwaqt li jinsab kuntent bix-xogħol li pproduċa issa jinsab impenjat sabiex joħroġ b’ideat ġodda għall-Milied tal-2019.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend