Tal-emerġenza jerġgħu iżuru l-blokka ta' appartamenti li ġiet evakwata, iżda… | One News

Notifiki

Tal-emerġenza jerġgħu iżuru l-blokka ta’ appartamenti li ġiet evakwata, iżda…

Iż-żewġ vetturi li jintużaw mit-tobba tal-emerġenza bidlu ftit l-rwol tagħhom lejliet il-Milied.

Dan sar sabiex qassmu rigali lill-anzjani ta’ blokka appartamenti fil-Gżira li matul il-lejl li għadda ġiet evakwata minħabba nirien li jista’ jkun li tqabbdu apposta.

Dan ħabbru l-konsulent mediku u d-Direttur Kliniku tal-emerġenza Dr Michael Spiteri, fejn huwa nnifsu deher iqassam ir-rigali. Huwa rringrazzja wkoll lill-ħaddiema kolla ta’ Mater Dei li taw sapport lil din l-inizjattiva.

Matul il-lejl li għadda ir-residenti ta’ din il-blokka qamu xxukjati hekk kif persuni mhux magħrufa ħarqu 3 tyres quddiem bieb ta’ appartament fl-ewwel sular. Dsatax minnhom kellhom jirċievu kura minħabba dħaħen li belgħu filwaqt li persuna oħra ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend