ARA: “Il-valur tal-ħajja huwa l-fulkru ta’ ħajjitna”- l-Arċisqof Scicluna – One News

ARA: “Il-valur tal-ħajja huwa l-fulkru ta’ ħajjitna”- l-Arċisqof Scicluna

Il-kultura tal-Maltin u l-Għawdxin hija bbażata fuq il-valur tal-ħajja, kemm dawk ċkejknin kif ukoll tal-anzjani fis-soċjetà. Dan kien il-messaġġ ta’ Jum il-Milied tal-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles Scicluna.

L-Arċisqof Scicluna awgura l-poplu ikompli jgħożż d-don tal-ħajja, dik li tibda mit-tnissil u li tikber fil-ġuf tal-omm. Żied jgħid li l-bniedem m’għandhux iħares biss lejn il-ħajja matul is-snin.

“Kemm hi ħaġa sabiħa li aħna konkretamentmhux biss inħarsu l-ħajja matul is-snin, jiġifieri li ngħożżu l-preżenza tal-anzjani tagħna u nieħdu ħsieb li jkollhom il-mument sabiħ ta’ xjuħija b’dinjita’, imma wkoll li nibqgħu ngħożżu t-tarbija fil-ġuf ta’ ommha.”

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li t-tarbija ta’ Bethlehem għandha tfakkar lil kull wieħed u waħda minnha fil-ħemda tal-paċi, li ssir permezz tar-rikonċiljazzjoni u l-għaqda bejn kulħadd.

“It-tarbija ta’ Bethlehem tfakkarna fil-ħemda tal-paċi, tal-għożża; dak il paċi li ġej mir-rikonċiljazzjoni ta’ bejnietna, mill-maħfra li jagħtina kontiwament il-Mulej, u mill-għaqda u l-għożża li jixtieq li jkun hem bejn wieħed u l-ieħor.”

L-Arċisqof Scicluna qal li l-fidi tal-Insara għandha diversi mistoqsijiet għall-għatx fundamentali tal-bniedem, li qegħda f’dik it-tarbija ċkejkna u vulnerabbli li qed tappella biex nisimgħuha.

Monsinjur Scicluna qal li l-Mulej jibqa’ jħenn għal proxxmu anke meta l-bniedem jitbiegħed minnu u jgħid li għandna niftakru f’dawn in-nies permezz tat-talba “Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok”.

Scicluna kompla l-messaġġ tiegħu għal dawn il-festi billi qal li t-tarbija ta’ Betlehem qed tistieden lil kulħadd biex jagħmel riflessjoni fuq ħajjitna, filwaqt li jfakkarna fil-valur tal-ħajja. Qal ukoll li f’dawn iż-żmienijiet huwa sabiħ li mhux niftakru biss fir-rigali iżda fil-paċi bejn xulxin.

“Kemm hi ħaġa qaddisa li fil-Milied, waqt li qed nagħtu rigali speċjali lil xulxin, nifmhu li Alla sar bniedem biex aħna nsibu u nibqgħu ngħixu fid-dinjità, li nirrispettaw id-dinjità ta’ xulxin, li naħfru lil xulxin, u li ngħixu flimkien fil-paċi.”

L-Arċisqof Scicluna temm il-messaġġ tiegħu għal dawn il-festi billi ta l-awgurju tiegħu.

“Insellem ukoll lill-emigranti kollha Maltin, lir-residenti kollha fl-istuzzjonijiet, fid-djar u anke fil-familji kollha Maltin u Għawdxin u waqt li nitlob fuqna lkoll il-barka tal-Mulej, nawguralkom mill-qalb Milied tassew hieni mimli barka u għożża.”

<iframe width=”729″ height=”410″ src=”https://www.youtube.com/embed/bqyuHShZHqo” frameborder=”0″ allow=”accelerometer; autoplay; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture” allowfullscreen></iframe>

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend