Żagħżugħ ta’ 21 sena jinqabad bi 3.5 kilogrammi ta’ kannabis – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 21 sena jinqabad bi 3.5 kilogrammi ta’ kannabis

Dalgħodu l-qorti fetħet biex tisma’ l-każ ta’ Niġerjan ta’ 21 sena li ġie akkużat mill-ispettur Frank Anthony Tabone li nstab igorr 3.5 kilogrammi ta’ kannabis.

In-Nigerjan inqabad minn uffiċjali tad-dwana fl-ajruport hekk kif l-akkużat kien għadu kif ġie fuq titjira minn Ruma.

Id-difiża mmexxija minn Dr. Victor Bugeja tal-għajnuna legali ma talabx għall-ħelsien mill-arrest u ma kkontestax it-talba għall-iffriżar tal-assi.

Il-każ ser ikompli jinstema quddiem Doreen Clarke fis-7 ta’ Jannar 2019.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend