Prova jisraq id-diesel minn ġo karozza – One News

Notifiki

Prova jisraq id-diesel minn ġo karozza

Charles Farrugia, raġel ta’ 40 sena ġie mixli li prova jisraq id-diesel minn ġo karozza filwaqt li kiser kundizzjonijiet ta’ sentenza tal qorti li ngħatat lura fis sena 2016.

L-avukati Dr Rene Darmanin u Dr Arthur Azzopardi qed jidhru f isem l-akkużat filwaqt li Dr Victor Bugeja qed jidher quddiem il-qorti bħala parte civile.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi iżda ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.

Madankollu, id-difiża talbet lill-prosekuzzjoni sabiex tħarrek lix-xhieda tagħha malajr kemm jista’ jkun.

Sadanittant, Charles Farrugia ser jinżamm arrestat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend