ARA: Il-Knisja tagħżel lil iben Austin Gatt biex imexxi l-midja tagħha – One News

Notifiki

ARA: Il-Knisja tagħżel lil iben Austin Gatt biex imexxi l-midja tagħha

It-tmexxija tal-Knisja f’Malta għażlet lil iben l-Eks Ministru Austin Gatt biex imexxi l-bord li jieħu ħsieb il-midja tal-Knisja. Din mhix l-ewwel ħatra f’entitajiet importanti għat-tmexxija tal-Knisja f’Malta li għaliha ntgħażlu nies midħla tal-Partit Nazzjonalista.

Austin Gatt huwa wieħed mill-iktar nies b’għeruq fl-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista tul is-snin u huwa wkoll il-Ministru li kien qal li nesa li kellu kont mhux iddikjarat l-Iżvizzera. F’Kunsilli Ġenerali kien jiftaħar kemm-il darba li miegħu s-sala tal-għadd tal-voti kien jieħu lil uliedu.

Fil-fatt, minħabba li jaħdem fis-settur tat-teknoloġija tal-informatika, Gege Gatt ġieli għamel xogħol f’dan is-sens għall-Partit Nazzjonalista. Issa kien l-Arċisqof Scicluna li għażel li juża s-servizzi ta’ Gatt u dan fi żmien fejn il-midja tal-Knisja tkun ikkritikata minħabba n-nuqqas ta’ imparzjalità tagħha. Gege Gatt se jkun qed imexxi l-bord ta’ Beacon Media Group li taħtu jaqgħu l-entitajiet tal-midja tal-Knisja f’Malta. Gatt qal: “Flimkien, aħna se mmexxu l-grupp biex ikollu impatt aktar sod fuq l-aktar sfidi importanti li qed taffaċċja s-soċjetà tagħna.”

Dan ma jfissirx li Gatt se jieħu post Joe Borg, il-qassis li tul issnin li għamel il-Partit Nazzjonalista fil-gvern tħabbeb kemm seta’ fiċ-ċrieki tal-poter u ngħata eluf kbar ta’ ewro f’konsulenzi.

Joe Borg se jibqa’ jmexxi l-bord  editorjali u miegħu ngħaqdet Mary Ann Lauri bniedma li hi qrib ħafna tal-klikka ta’ Simon Busuttil u li qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kkampanjat kemm felħet għall-Partit Nazzjonalista.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li l-Knisja trid tagħti vuċi aktar b’saħħitha lill-poplu biex jiddefendi u jirrifletti t-tamiet u l-aspirazzjonijiet. Dawn il-ħatriet faċilment jistgħu jkunu deskritti bħala ħatriet minn ħdan l-establishment li għal snin twal ħakem il-pajjiż u l-Partit Nazzjonalista.

U mhux tal-ewwel. Tant li bħall-Pro Vigarju Ġenerali u issa Isqof Awżiljarju Scicluna għandu wkoll lil Joe Galea Curmi, ħu l-eks assistent personali tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi u ta’ min ifakkar li fi-tmexxija tal-finanzi tal-Knisja, Scicluna kien ħatar ukoll kunsillier tal-Partit Nazzjonalista.

Qassis li tkellem magħna tard ilbieraħ qalilna li bl-ismijiet u l-kunjomijiet li ħarġu wieħed kellu jibdel isem il-midja u jgħid li hi tal-Partit Nazzjonalista u l-ismijiet faċilment setgħu jagħmlu sens maħtura fl-istamperija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend