Sejħa urġenti għad-demm – One News

Notifiki

Sejħa urġenti għad-demm

Sejħa urġenti għall-għoti tad-demm. Dan kien l-appell taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm dan hekk kif bħalissa r-riserva tad-demm hija waħda baxxa ħafna. Is-sejħa urġenti bħalissa hija l-aktar għad-demm tat-tip O negative u O positive.

One News tkellem ma’ Sandro Lautier li huwa d-Deputy Manager taċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm fejn spjegalna kif il-mard u l-inċidenti m’għandhomx festi. Permezz tal-għoti tad-demm, wieħed ikun qiegħed itejjeb ħajjet min huwa anqas ixxurtjat.

Iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm huwa miftuħ kuljum mit-tmienja ta’ filgħodu sas-sitta ta’ filgħaxija inkluż festi pubbliċi. F’nhar jum il-Milied u fl-ewwel tas-sena, iċ-Ċentru ser jiftaħ sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend