Rebħa oħra għal Valletta kontra r-rezistenza qawwija ta' Tarxien Rainbows | One News

Notifiki

Rebħa oħra għal Valletta kontra r-rezistenza qawwija ta’ Tarxien Rainbows

Valletta għalqu s-sena 2018, li tibqa waħda memorabbli f’kull sens, meta baqgħu jirbħu anki fil-bidu tar-Rawnd tal-Elite. Tarxien Rainbows min-naħa tagħhom offrew reżistenza qawwija u kellhom diversi ċansijiet lejn il-lasti avversarji.

Madanakollu l-Beltin ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, b’doppjetta ta’ Jovica Milijic. Ir-Rainbows min-naħa tagħhom naqsu l-iskor permezz ta’ Joselito Aguilera.

F’aktar logħbiet mir-Rawnd tal-Elite, Luxol St. Andrews għelbu lit-tim tal-Istudenti tal-Università ta’ Malta bl-iskor ta’ 9-1 u Birkirkara għelbu lil Swieqi United bl-iskor ta’ 4-2.

Mill-Ewwel Diviżjoni, Pietà Hotspurs għelbu lil UM Futsal Academy bl-iskor ta’ 11-2, filwaqt li t-tim ta’ taħt il-21 sena ta’ Swieqi United għeleb lit-tim ta’ taħt td-dsatax-il sena ta’ Luxol bl-iskor ta’ 9-3.

Klassifika – Elite

Valletta 30; Luxol 27; Swieqi United & Birkirkara 21; L-Università ta’ Malta 15 u Tarxien Rainbows 12.

Klassifika – L-Ewwel Diviżjoni

Pietà Hotspurs 12; Swieqi United U21 6; UM Futsal Academy & Luxol U19 3.

Il-futsal lokali jirritorna wara l-waqfa tal-festi, b’dawn il-logħbiet:

L-Ewwel Diviżjoni:

It-Tnejn 7 ta’ Jannar, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15

Luxol U19 vs Pietà Hotspurs

Elite:

It-Tlieta 8 ta’ Jannar, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-20:15

L-Università ta’ Malta vs Valletta

Il-Ħamis 10 ta’ Jannar, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-2015

Tarxien Rainbows vs Swieqi United

Il-Ġimgħa 11 ta’ Jannar, fil-Padiljun Sportiv ta’ Kordin fit-2015

Birkirkara vs Luxol

Wara din il-ġimgħa il-kampjonat jieqaf bejn l-14 ta’ Jannar u l-1 ta’ Frar, għall-impenji tat-tim nazzjonali Malti bi tħejjija għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend