Il-Caritas bl-aħħar preparamenti għall-ikla tal-Milied għal dawk li jinsabu weħidhom | One News

Notifiki

Il-Caritas bl-aħħar preparamenti għall-ikla tal-Milied għal dawk li jinsabu weħidhom

Hekk kif qegħdin jumejn il-bogħod mill-Milied, fil-Kurja tal-Arcisqof fil-Furjana għaddejjin bi ġmielhom il-preparamenti għall-ikla organizzata mill-Caritas għal dawk li jqattgħu dawn iż-żmininjet ta’ festi weħidhom.

Diversi volontiera bdew jippreparaw l-imwejjed u t-tiżjin biex ikun hemm atmosfera ta’ familja.

Id-Direttur tal-Caritas qal li din hi r-raba’ darba li qed tiġi organizzata din l-ikla, fejn gĦalkemm li l-maġġoranza tan-nies li jattendu huma Maltin, imorru diversi barranin. Saħaq li din is-sena ser jattendu 17 -il tifel u tifla.

Għal dawk li jixtiequ jattendu għal din l-ikla, għadhom biċ-ċans li jkellmu lill-għaqda tal-Caritas jew anke jagħmlu kuntatt il-Kurja tal-Arċisqof.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend