Numru ta' persuni mejta fi splużjoni f'minjiera tal-faħam fir-Repubblika Ċeka | One News

Notifiki

Numru ta’ persuni mejta fi splużjoni f’minjiera tal-faħam fir-Repubblika Ċeka

Minn tal-inqas 5 persuni mietu fi splużjoni f’minjiera tal-faħam fir-Repubblika Ċeka.

Skont rapport fil-midja internazzjonali tmienja oħra għadhom ma nstabux, filwaqt li tmienja oħra ndarbu. Bl-operazzjoni ta’ salvataġġ għadha għaddejja.

Jidher li l-isplużjoni seħħet minħabba ħruġ tal-gass metan (methane).

Skont ma ġie rrapurtat s’issa, jidher li parti sostanzjali minn dawk involuti kienu Pollakki.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend