L-Air Malta qed tikkunsidra tniedi mill-ġdid it-titjiriet lejn il-Libja | One News

Notifiki

L-Air Malta qed tikkunsidra tniedi mill-ġdid it-titjiriet lejn il-Libja

Il-linja Nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, qed tikkunsidra li tniedi mill-ġdid titjiriet kummerjċali lejn il-Libja fl-2019.

F’kumment lill-Malta Business Weekly, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali, Paul Sies qal li l-kumpanija qed tikkunsidra dan il-proġett, iżda xejn mhu kkonfermat għalissa.

Linji tal-ajru internazzjonali kienu qed iżommu lura milli joperaw lejn Tripli minħabba l-kunflitt li ħakem lill-pajjiż fl-aħħar snin, u minħabba nuqqas ta’ sigrutà fil-pajjiż.

Bħalissa, minbarra ajruplani li jġorru l-merkanzija minn u lejn il-Libja, l-unika operatur li joffri titjiriet bejn Malta u l-Libja huwa l-Medavia, li joffri servizz kuljum bejn Malta u Tripli Mitiga.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend