Isma': 200 sena li nkitbet l-għanja tal-Milied 'Silent Night' | One News

Notifiki

Isma’: 200 sena li nkitbet l-għanja tal-Milied ‘Silent Night’

Din is-sena l-poeżija tal-Milied Silent Night, Holy Night, li hija meqjusa bħala fenomenu kulturali globali, tgħalaq mitejn sena anniversarju mill-oriġini tagħha. L-imħuħ wara din il-poeżija huma l-qassis Joesph Mohr, li kiteb il-lirika, u Franz Xaver Gruber organista u għalliem bħala l-kompożitur.

Għall-Milied tas-sena 1818, il-qassis Mohr kien assenjat fil-paroċċa ta’ San Niklaw f’Oberndorf, knisja li nqerdet minħabba l-għarar li ħakmu liż-żona. Mohr għadda l-poeżija li kiteb sentejn qabel lil kompożitur Gruber mill-istess lokalità.

Il-qassis, li kien sodisfatt bir-riżultat, inkluda din diska waqt ċerimonja wara l-quddies tal-Milied tal-istess sena, fejn kanta mal-kompozitur u daqqew il-kitarra. Sal-lum għadu mhux magħruf x’aspira lil Mohr biex jikteb din il-poezija li maż-żmien ġiet tradotta fi 300 lingwa u djaletti, inkluż il-Latin.

Fl-1930 reġgħet inbniet kappella komemorattiva fl-istess post, fejn ta’ kull sena lejliet il-Milied fil-17:00 bosta turisti jattendu għal kant ta’ din il-poeżija.

Fl-2011 din id-diska ġiet miżjuda wkoll fil-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibli tal-UNESCO.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend