BIL-FILMAT: Offerti kbar minn Redtouch Fone | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Offerti kbar minn Redtouch Fone

Dan ix-xahar jimmarka 10 snin mindu redtouch fone tfaċċat fis-suq tat-telefonija ċellulari lokali.

Ma’ dan l-anniversarju, tħabbar li redtouch fone issa se tmur fuq in-network il-gdid tal-MELITA bil-ghan li l-klijenti taghha igawdu esklussivament minn servizzi u offerti ferm aktar  kompetittivi mahdumin apposta ghall-klijenti tar-redtouch.

Iċ-ċermen tal-istazzjonijiet ONE u redtouch fone Jason Micallef spjega kif il-mira tal-kumpanija dejjem kienet li jkunu offruti l-aħjar offerti lill-klijenti tagħha.

“Jiena kuntent ħafna b’din l-aħbar. Kuntent imma l-aktar għal klijenti ta’ redtouch fone għaliex dejjem xerqilhom li jkollhom l-aqwa offerti fis-suq u issa għandhom l-aqwa offerti fis-suq u benefiċċji għax-xhur u s-snin li ġejjin.”

Il-klijenti ta’ redtouch fone se jgawdu minn tliet offerti differenti, waħda bit-top up u tnejn bil-kuntratt, kif spjega l-Kap Eżekuttiv ta’ Melita Harald Roesch.

“The redtouch top-up offer. So with €10 you get unlimited calls and sms not only to redtouch customers but all other melita customers. In addition you get 500MB of data and 10GB on the melitawifi network. So this is a top up offer without any contract. Whenever you want it you can top up.”

L-offerti li se toffri redtouch fone huma esklussivi għall-klijenti tagħha biss.

“Dawn huma offerti li konna qed naħdmu fuqhom bil-kbir ma wieħed mill-ikbar ġganti tat-telefonija ċellulari f’Malta il-Melita. Offerti esklussivi għal klijenti kollha ta’ redtouch fone li se jibbenefikaw minn offerti kbar li huma esklussivi għalihom.”

Dawk interessati jistgħu jagħmlu kuntatt fuq in-numru 27279898 jew jirrikorru fil-ħanut ta’ redtouch fone fil-Ħamrun jew inkella f’xi wieħed mill-ħwienet kollha ta’ Melita mxerrda ma’ Malta u Għawdex. Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identita biex il-klijient ikun jista’ jaqleb fuq wahda mit-tlett offerti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend