FILMAT: Tal-Emerġenza jiżfnu biex nibżgħu għal ħajjitna | One News

Notifiki

FILMAT: Tal-Emerġenza jiżfnu biex nibżgħu għal ħajjitna

“Is-saħħa hija l-isbaħ rigal. Ħu ħsieb, kemm tiegħek kif ukoll tan-nies ta’ madwarek”

Dan kien parti mill-messaġġ tal-impjegati li jaħdmu fl-isptar Mater Dei fejn ilkoll flimkien żifnu zifna b’kappell tal-Milied sabiex iwasslu messaġġ mill-qalb.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali tal-isptar Mater Dei jfakkar li bħal kuljum, anke fil-festi l-istaff se jkun qed hemm f’każ ta’ ħtieġa.

Iżda jfakkru wkoll li kull wieħed u waħda minna għandna nkunu responsabbli u nieħdu ħsieb tagħna nfusna biex nevitaw tbatija u nkwiet bla bżonn.

Dan filwaqt li jawguraw il-festi t-tajba lil kulħadd b’żifna ħelwa minn parti mit-tim mediku.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend