AĠĠORNAT: Qabda ta’ aktar minn 4,000 kilo droga fil-Freeport – One News

AĠĠORNAT: Qabda ta’ aktar minn 4,000 kilo droga fil-Freeport

Qed titfisser bħala qabda kbira ta’ droga kannabis oħra li daħlet fil-Freeport.

ONE NEWS jinsab informat li matul il-jum, l-uffiċjali tad-Dwana għamlu qabda ta’ bejn erba’ u ħames tunnellati ta’ droga kannabis.

Għalkemm għadha ma ġietx ikkonfermata mill-Pulizija u mill-uffiċjali tad-Dwana, is-sorsi qalu li l-qabda qed tiġi investigata kemm mill-uffiċjali tad-Dwana u anke mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi.

Is-sorsi qalu li d-droga nstabet qalb oġġetti li kienu qed jinġarru f’kontejner li wasal u tniżżel f’Malta fl-aħħar jiem.

Din il-qabda ssegwi qabda kbira oħra ta’ droga li saret fil-Port Ħieles fil-ġimgħat li għaddew.

Ta’ QabelLi Jmiss