Tfajla ta’ 22 sena ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara – One News

Notifiki

Tfajla ta’ 22 sena ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara

Tfajla ta’ 22 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-09:00 ta’ dalgħodu fi Triq Dun Karm, meta ż-żagħżugħa Taljana li tgħix l-Iklin intlaqtet minn vettura tat-tip Hyundai Getz li kienet qed tinstaq minn ġuvni ta’ wieħed u għoxrin sena minn Birkirkara.

Ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend