Raven il-qattus sparawlu u mbagħad għaddew minn fuqu b’karozza – One News

Notifiki

Raven il-qattus sparawlu u mbagħad għaddew minn fuqu b’karozza

Qattus li xortieh ma tantx tista’ tgħidilha kienet waħda tajba, spiċċa vittma ta’ att barbaru meta għal ebda raġuni sparawlu biċ-ċomb li baqgħet għaddejja minn għajnejh.

Dan ma kienx biżżejjed għaliex spiċċa wkoll mtajjar minn karozza f’każ separat fejn sofra minn ġrieħi gravi f’geddumu kif jidher fl-x-ray hawn taħt.

Is-soċjetà li tieħu ħsieb il-qtates abbandunati magħrufa bħala ‘Careres for stray and abandoned felines’ għamlet appell għal min irid jagħti donazzjonijiet biex jiġu mgħejjuna qtates bħal dawn li jispiċċaw isofru bla ħtija.
Wieħed jista’ jagħmel dan billi jibgħat sms b’donazzjoni fuq:

50619243 għal donazzjoni ta’ €11.65

50618069 għal donazzjoni ta’ €4.66

50617353 għal donazzjoni ta’ €2.33

jew inkella ‘internet banking’ fuq BOV 400 198 762 98. Ċekkijiet jistgħu jintbagħatu ndirizzati fuq CSAF jew inkella jista’ jsir trasferiment permezz ta’ paypal fuq [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend