Manchester United ikeċċu lil José Mourinho | One News

Notifiki

Manchester United ikeċċu lil José Mourinho

Jose Mourinho spiċċa b’mod immedjat minn manager ta’ Manchester United, sentejn u nofs wara li ħa tmun tal-klabb.

Il-Portugiż li għandu 55 sena rebaħ il-kampjonat u l-Europa Leauge f’Old Trafford.

Madankollu, il-United jinsab fis-sitt post tal-Premier League, 19-il punt wara Liverpool li jinsabu fil-quċċata tal-klassifika wara li rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 il-Ħadd li għadda.

Fi stqarrija, Manchester United ħabbru li se jappuntaw manager temporanju sa tmiem l-istaġun waqt li l-klabb se jibda proċess metikoluż biex jagħżel manager ġdid.

Il-klabb ta ħjar lil José Mourinho għax-xogħol tiegħu kemm dam fit-tmexxija ta’ Manchester United u awguralu suċċess fil-ġejjieni tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend