Il-Kabinett Ingliż jiltaqa’ u jfassal pjanijiet alternattivi f’każ li ma jkunx hemm ftehim formali dwar Brexit – One News

Notifiki

Il-Kabinett Ingliż jiltaqa’ u jfassal pjanijiet alternattivi f’każ li ma jkunx hemm ftehim formali dwar Brexit

Minħabba l-inċertezza fir-Renju Unit b’rabta mal-ftehim ta’ ħruġ mill-Unjoni Ewropea, il-Kabinett Ingliż iltaqa’ u ddeċieda li jaħdem fuq pjani oħra. Il-Ministri approvaw fondi li jlaħħqu ż-żewġ biljun ewro biex jintużaw minn dipartimenti tal-Gvern f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu mingħajr ftehim formali.

Qablu wkoll li jintbagħtu mal-140,000 ittra lil negozji u negozjanti.

B’101 jum ‘il bogħod minn Brexit u ħafna Membri Parlamentari jopponu l-ftehim, il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn jinsab taħt pressjoni biex isejjaħ vot ieħor ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend