1,599 flixkun tal-plastik jagħmlu l-akbar siġra tal-Milied f’Malta – One News

Notifiki

1,599 flixkun tal-plastik jagħmlu l-akbar siġra tal-Milied f’Malta

Kampanja biex tinħoloq kuxjenza dwar l-użu tal-plastik wasslet biex tintrama l-ikbar siġra tal-Milied bil-fliexken tal-plastik fl-iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija. Dan sar ukoll bl-għajnuna tar-residenti tal-lokal.

L-istudenti ħadmu bis-sħiħ biex jiksbu rekord nazzjonali fejn anke l-kunsill lokali ta’ Santa Luċija ta l-għajnuna tiegħu biex dan isir billi ta donazzjoni biex tkun tista’ ssir is-siġra.

L-istaff anċillari ħadem il-ħbula għal din is-siġra filwaqt li t-tmexxija tal-iskola, l-għalliema u lSA’s għaddew il-fliexken tal-plastik biex jaraw li r-rekord jinkiser.

B’kollox is-siġra fiha 1,599 flixkun tal-plastik. B’hekk l-iskola b’għajnuna kollettiva rnexxielha tagħmel l-akbar siġra tal-Milied u nkiser ir-rekord nazzjonali.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend