Trevor Zahra jirbaħ il-premju tal-akkademja tal-Malti – One News

Notifiki

Trevor Zahra jirbaħ il-premju tal-akkademja tal-Malti

Trevor Zahra rebaħ il-premju tal-Akkademja tal-Malti mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Dan ħabbru l-President ta’ din l-akkademja, il-Professur Albert Borg, f’ċerimonja fejn fiha kien hemm diversi professjonisti tal-Malti.

Il-Professur Borg qal li Zahra huwa persuna li jixraqlu dan il-premju għaliex hu ħadem bis-sħiħ għal-letteratura u l-ilsien Malti.

Wara t-tħabbira tar-rebbieħ intwera filmat tax-xogħolijiet kollha li għamel Trevor Zahra tul ħajtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend