Malta b'bilanċ ta' €488 miljun fil-kont kurrenti | One News

Notifiki

Malta b’bilanċ ta’ €488 miljun fil-kont kurrenti

Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru li għadda, Malta kellha bilanċ ta’ €488 miljun fil-kont kurrenti, li jirrappreżenta d-dħul u l-ħruġ tal-flus mill-pajjiż prinċipalment mill-esportazzjoni u l-importazzjoni u mill-qasam tas-servizzi.

Iċ-ċifri juru żieda ta’ aktar minn €60 miljun meta mqabbel mal-istess perdjou s-sena li għaddiet.

L-akbar kontribut għal dan is-surplus kien ġej mill-qasam tas-servizzi, li bħalissa għandu bilanċ ta’ aktar minn €1,200 miljun, li jinkludi wkoll l-oqsma tat-turiżmu u t-trasport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend