L-Armata Amerikana tgħid li qatlet 62 militant tal-al-Shabab f'attakki mill-ajru fuq is-Somalja | One News

Notifiki

L-Armata Amerikana tgħid li qatlet 62 militant tal-al-Shabab f’attakki mill-ajru fuq is-Somalja

L-Armata Amerikana qalet li qatlet minn tal-anqas 62 militant tal-għaqsa Iżlamika al-Shabab f’sitt attakkji mill-ajru fuq is-Somalja.

Erba’ minn dawk l-attakki seħħew tul il-jum tas-Sibt u qatlu 32 militant, u żewġ attakki oħra l-Ħadd qatlu 28 militant. Dawn kienu l-aktar attakki qattiela minn Novembru tal-2017, meta l-Armata Amerikana qatlet 100 militant. 

Is-Somalja kienet soġġetta rat żieda ta’ attakki mill-ajru minn meta Donald Trump sar President tal-Istati Uniti fil-bidu tal-2017. Minn dak iż-żmien, minn tal-anqas 400 persuna nqatlu kawża ta’ attakki mill-ajru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend