BREXIT: Il-vot finali se jittieħed f'Jannar | One News

Notifiki

BREXIT: Il-vot finali se jittieħed f’Jannar

Il-Membri Parlamentari Ingliżi se jivvuttaw fuq il-ftehim ta’ Brexit tar-Renju Unit fit-tielet ġimgħa ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Din id-data ġdida ħabbrita l-Prim Ministru Ingliż, Theresa May li fissret kif l-Unjoni Ewropea għamlitha ċara li l-kwistjoni mal-Irlanda ta’ Fuq ma kinitx xi attentat biex taqbad lir-Renju Unit fuq sieq waħda, u ħeġġet lill-Membri Parlamentari biex jaraw li Brexit iseħħ.

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn, qal li May wasslet lill-pajjiż fi kriżi nazzjonali u li m’għadx għandha l-appoġġ tal-kabinett. Sostna li l-ftehim ma nbidilx u mhux se jinbidel.

Hija eskludiet l-għidut ta’ referendum ieħor u saħqet li vot mill-ġdid jagħmel ħsara rreparabbli lill-integrita tal-politika tagħha u mhux isolvi l-kwistjonijiet eżistenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend