Seraq il-flus mid-dar li kien jaħdem fiha biex lagħabhom f’lejl wieħed – One News

Notifiki

Seraq il-flus mid-dar li kien jaħdem fiha biex lagħabhom f’lejl wieħed

Raġel ta’ 44 sena mill-Fillipini, li jgħix Ħal Balzan, tressaq il-Qorti akkużat b’serqa aggravata minn dar f’Ħal Balzan. Amadeo Mantilla Mando ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, iżda nżamm arrestat sakemm tingħata s-sentenza finali.

L-Ispettur Roderick Spiteri spjega li l-Ġimgha filgħodu rċieva telefonata dwar serqa minn dar f’Ħal Balzan. Meta marru fuq il-post, sabu li kien hemm pakkett suspettuż quddiem id-dar fejn gew imsejjħa l-Forzi Armati mit-Taqsima tal-Isplussivi, li sabu li dan il-pakkett kellhu fih oġġetti misruqa mid-dar. Minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà, instab li kien eks ħaddiem tal-familja tad-dar li daħal jisraq, fejn eventwalment ġie arrestat. Huwa ħadem ma’ din il-familja għal dawn l-aħħar erba snin.  L-Ispettur Spiteri spjega li r-raġel seraq €16,000 u li minnhom irritorna l-fuq minn €12,000, id-differenza tal-flus ir-raġel ammetta li lagħabhom f’lejl wieħed, hekk kif għandu vizzju aggravat tal-logħob.

Il-Maġistrat Joe Mifsud qal kif is-sentenza finali se tingħata l-ġimgħa d-dieħla hekk kif jixtieq jirrifletti fuq dan il-każ, dan għax ma jridx jibgħat messaġġ li f’pajjiżna tista tiġi tisraq u l-Qorti tibgħatek il-barra mill-pajjiż. Madankollu l-Maġistrat Mifsud qal li wieħed irrid ikun responsabbli ta’ għemilu, filwaqt li jekk hemm bżonn tingħata l-għajnuna għall-vizzju tal-logħob.

Fil-bidu tas-seduta l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud ordnat minuta silenzju għal ruħ is-Supredentent Edel Mary Camilleri li ħalliet din id-dinja is-Sibt filgħodu, filwaqt li ordna li ntbagħat kommunika ta’ kondoljanzi lill-familjari.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend