Sena mill-aqwa għall-arti u l-kultura | One News

Notifiki

Sena mill-aqwa għall-arti u l-kultura

Mijiet ta’ familji Maltin u Għawdxin ħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għall-Aħħar Festa, li mmarkat l-għeluq ta’ Valletta  2018. Din l-okkażjoni speċjali li mmarkat il-qofol ta’ sena mimlija arti u kultura għal kulħadd.

Iċ-ċerimonja uffiċjali saret fi Pjazza San Ġorġ- fejn iċ-Chairman ta’ Valletta 2018 Jason Micallef għadda t-titlu lill-Kapitali Ewropej tal-Kultura li jmiss. Dawn huma Matera u Plovdic.

Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ir-rappreżentanti taż-żewġt ibliet fejn wara din laħqet il-qofol tagħha b’diskorsi li saru mill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għal-Valletta 2018 Deo Debattista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend