RITRATTI: Ir-Rabat b'parata għal żmien il-Milied | One News

Notifiki

RITRATTI: Ir-Rabat b’parata għal żmien il-Milied

Il-Ħadd filgħodu saret għall-ewwel darba l-parata tal-Milied madwar it-toroq Rabtin, bis-sehem tal-banda u l-Girl Guides tar-Rabat.

Bħala parti mill-istess attività, bis-sehem ta’ diversi annimali, u personaġġi bħall-ħassiela tal-ħwejjeġ, il-ħaddied, u l-mastrudaxxa, iz-zuntier storiku tal-knisja ta’ San Pawl inbidel fi presepju ħaj xempju tar-raħal ta’ Betlem fl-epoka ta’ 2,000 sena ilu.

Fuq iz-zuntier ma naqasx il-bejgħ tal-ħelu tajjeb tal-Milied li r-Rabtin Pawlini huma tant magħrufin għalih. Fil-parata, it-tfal libsu kostumi tal-Milied, filwaqt li Santa Klaws daħal fir-Rabat b’karozzin.

Tkellem iktar dwar l-attività Norbert Inguanez miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini:

“Hija parata bi sfelata ta’ zfin ħa jkollna l-Jacksons Pipe and Band, il-Girl Guides li għamlu sfelata b’tema tal-Milied u fl-aħħar ngħalqu bi sfelata fuq iz-zuntier tal-Paroċċa. Ridna noħorġu xi ħaġa differenti li tolqot iżjed liż-żagħżagħ, kemm għax qed titella’ minn għaqda żagħżugħa, u biex indaħħlu iżjed liż-żagħżagħ fil-Festi tal-Milied”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend