Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa' bil-mutur fil-Mellieħa | One News

Notifiki

Raġel bi ġrieħi gravi wara li waqa’ bil-mutur fil-Mellieħa

Olandiż ta’ 35 sena mill-Imsida sofra ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Suzuki GSXR 600 li kien qiegħed isuq. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa nieqes kwart fi Triq Sir Walter Wettinger, il-Mellieħa.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li r-raġel waqa minn fuq il-mutur u ġarraf xi ġrieħi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend