“Moviment ta’ bidla istituzzjonali wkoll”- il-PM – One News

Notifiki

“Moviment ta’ bidla istituzzjonali wkoll”- il-PM

Storikament qatt ma kien hawn moviment f’pożizzjoni tajba li jwettaq il-bidla.

Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta fisser kif il-moviment Laburista jaħseb għall-futur billi ma jibżax ibiddel.

Huwa qal dan waqt li tkellem dwar il-bidliet fil-kostituzzjoni tal-pajjiż u l-proposta tal-Parlament Ewropew li tiġi l-Kummissjoni Venezja bħala entità indipendenti li tara x’inhuma s-sistemi ta’ pajjiżna.

L-analiżi tal-Kummissjoni se tkun ippubblikata t-Tnejn u Dr. Muscat fisser kif huwa mifhum li l-analiżi tal-Kunsill tal-Ewropa ma tippontax subgħajha lejn il-bidliet li għamel dan il-gvern… Jekk xejn hemm analiżi li tgħid li l-bidliet li għamel dan il-gvern huma tajbin.

Joseph Muscat spjega li l-kummissjoni titkellem fuq il-poteri tal-Prim Ministru u fakkar kif bidliet li diġa’ saru naqsu dawn il-poteri fosthom bis-sistema ta’ kif jinħatru l-ġudikanti:

“Issa li qed nifhmu li qed jgħidu hu li hemm bżonn ta’ iktar bilanċ. M’għandniex problema. Għax dan hu fil-linja tal-ħsieb riformista tagħna u what we stand for bħala moviment”.

Huwa żied jgħid li b’mod ġenerali l-Gvern qed jaqbel ma’ dak li qed tgħid il-Kummissjoni u jinsab kommess li jsiru l-bidliet meħtieġa:

“Nista’ ngħid li aħna b’mod ġenerali qed naqblu ma’ dak li qed jgħidu u lesti nikkomettu ruħna għall-bidliet li hemm bżonn isiru fis-sistemi tagħna”.

Il-Prim Ministru awgura lil kulħadd il-festi t-tajba, u stqarr li qed iħares ‘il quddiem għas-sena li ġejja:

“Se tkun ħidma li tilħaq livelli bla preċedent għal bidliet infrastrutturali, għal bidliet fil-mentalità, fil-kultura tagħna, ta’ kif naħdmu u fl-istituzzjonijiet tagħna, jien ngħid li storikament li qatt ma kien hemm moviment f’tant pożizzjoni tajba li jwettaq bidliet daqs dan il-moviment”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend