Jinżammu arrestati tliet immigranti li daħlu Malta b'dokumenti foloz | One News

Notifiki

Jinżammu arrestati tliet immigranti li daħlu Malta b’dokumenti foloz

Tliet persuni minnSierra Leone u l-Eritrea wieġbu mhux ħatja li ffalsifikaw dokumenti sabiex daħlu f’pajjiżna. Iż-żewġ nisa u raġel qalu li ma kienux jafu li kellhom il-visa falza sabiex daħlu Malta.

Momodu Kamara, Marrah Sallay, u Weini Goiton Fitwi daħlu f’pajjiżna permezz ta’ tlie visas Ġermaniżi foloz, fejn eventwalment imbagħad applikaw għall-ażil f’pajjiżna.

Fid-dawl li t-tlett akkużati ma għandhom indirizz fiss f’pajjiżna l-Maġistrat Mifsud ordna li jinżamew arrestati. Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Darren Buhagiar mit-Taqsima tal-Immigrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend