Eluf jipprotestaw fi Brussell kontra l-ftehim tal-UN dwar l-immigrazzjoni | One News

Notifiki

Eluf jipprotestaw fi Brussell kontra l-ftehim tal-UN dwar l-immigrazzjoni

Eluf ta’ persuni ħarġu fit-toroq tal-kapitali Belġjana Brussell jipprotestaw kontra ftehim iffirmat dwar l-immigrazzjoni imbuttat mill-Ġnus Magħquda.

Bosta partit tal-lemin ħarġu juru l-għadab tagħhom viċin numru ta’ binjiet tal-istituzzjonijiet Ewropeja hekk kif qed jgħidu li dan il-ftehim għandu jżid l-influss ta’ immigranti.

Il-pulizija kienet kostretta tispara l-gass tad-dmugħ u tferrex l-ilma biex tikkontrolla s-sitwazzjoni.

Rapporti fil-midja internazzjonali qalu wkoll li gruppi tax-xellug u għaqdiet filantropiċi ħarġu wkoll isemmgħu l-vuċi tagħhom favur dan il-patt tal-immigrazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend