"Delia għandu jgħid hux se jappoġġja l-bidla"- il-PL | One News

Notifiki

“Delia għandu jgħid hux se jappoġġja l-bidla”- il-PL

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia ammetta li l-prassi li tant kkritika dwar il-ħatriet pubbliċi ma nbidlitx, u l-Gvern għadu skont hu juża l-istess liġijiet li kien daħħal il-Partit li jmexxi hu.

“U l-awtoritajiet l-oħra kollha. Issa dawn kienu hawn, jiġifieri aħna ma nistgħux ngħidu li Joe Muscat u l-gvern tal-Labour għamel il-Qorti jew il-liġi kif jinħatru l-Maġistrati u dawk li joqogħdu fuq it-tribunali jew il-poteri tal-Avukat Ġenerali. Mhux hu għamilhom veru”.

Dan minkejja li tul is-sena, Delia kkritika lill-Gvern li kien qed iħaddem dawn il-liġijiet.

Il-Kap Nazzjonalista kien kostrett jirtira kliemu wara li fuq talba tal-Gvern, il-Kummissjoni Venezja, ħejjiet rapport dwar kif jistgħu jissaħħu l-liġijiet f’pajjiżna waqt li ma kkritikat l-ebda riforma li daħħal dan il-Gvern biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet fosthom il-mekkaniżmu l-ġdid ta’ kif jinħatru l-ġudikanti.

Delia tkellem ukoll dwar l-għaqda fil-Partit Nazzjonalista u f’diskors surreali qal li tul dawn l-aħħar xhur il-Partit Nazzjonalista kien magħqud u konsistenti.

Dan meta l-partit Nazzjonalista kien u għadu mifni b’inkwiet intern wara li Delia sejjaħ għas-sospensjoni ta’ Simon Busuttil mill-grupp parlamentari b’rabta mal-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant.

Deċiżjoni li kellu jirtira wara qasma fil-grupp parlamentari.

Qal ukoll li ma qabilx mal-fatt li l-Pulizija għandha l-informazjzoni biex tinvestiga l-gidba ċċertifikata Egrant.

Il-Kap Nazzjonalista reġa’ kkritika l-istituzzjonijiet ta’ pajiżna u saħaq ukoll dwar l-importanza tat-tisħiħ tal-media.

Id-dikjarazzjoni tiegħu tistona sew ma’ dak li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista, li qed jeħodha qatta’ bla ħabel kontra l-midja għax żvelat li jinsab investigat dwar ħasil ta’ flus li ġejjin mill-prostituzzjoni.

B’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li flok jitkellem għall-gallarija, il-kap nazzjonalista għandu jgħid jekk hux se jappoġġja tibdil kostituzzjonali fuq liġijiet li ilhom fis-seħħ snin sħaħ u li ħafna minnhom introduċihom il-Partit Nazzjonalista meta kien fil-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend