Bil-Filmat: Annimali jinqatlu f'nirien li ħakmu żoo fir-Renju Unit | One News

Notifiki

Bil-Filmat: Annimali jinqatlu f’nirien li ħakmu żoo fir-Renju Unit

Iż-żoo f’Chester li ħa n-nar is-Sibt filgħodu beda diversi tentattivi ta’ ġbir ta’ fondi biex ikun jista’ jibni partijiet minnu mill-ġdid. Kelliem għal dan l-istabbiliment ikkonferma wkoll li xi annimali mietu kawża tan-nirien.

Diversi viżitaturi kienu evakwati hekk kif bdew jinfirxu n-nirien, u issa, il-21,000 annimal li salva din it-traġedja se jinżamm f’post alternattiv sakemm isiru t-tiswijiet meħtieġa.

Dan huwa l-akbar żoo tropikali fir-Renju Unit, u allura t-tiswija mistennija tieħu żmien twil biex titlesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend