L-Awstralja mistennija tirrikonoxxi l-Punent ta' Ġerusalem bħala l-kapitali t'Iżrael | One News

Notifiki

L-Awstralja mistennija tirrikonoxxi l-Punent ta’ Ġerusalem bħala l-kapitali t’Iżrael

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison kkonferma li l-Gvern ta’ pajjiżu se jkun qed jirrikonoxxi l-Punent ta’ Ġerusalem bħala l-kapitali tal-Iżrael. F’dik li hija mistennija tkun deċiżjoni kontroversjali, l-Prim Ministru tal-Awstralja saħaq li minkejja dan l-ambaxxata Awstraljana mhux mistennija tiċċaqlaq minn Tel Aviv għal Ġerusalem.

Dan għal kontra li għamlet l-Amerka li saħansitra fetħet ambaxxata fil-belt qaddisa. L-Awstralja saħqet ukoll li l-ħsieb huwa li tinfetaħ ambaxxata f’Ġerusalem wara li jintlaħaq ftehim ta’ paċi.
Il-Prim Ministru spjega wkoll li huwa jirrikonoxxi l-aspirazzjonijiet tal-Palestinjani u dawn għandhom ikollhom kapitali fl-Lvant ta’ Ġerusalem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend