Ikomplu l-protesti f'Pariġi- diversi persuni arrestati | One News

Notifiki

Ikomplu l-protesti f’Pariġi- diversi persuni arrestati

Numru ta’ persuni nġemgħu fl-inħawi ta’ Champs-Elysées f’Pariġi għall-ħames tmiem il-ġimgħa konsekuttiv li fih qed isiru dimostrazzjonijiet kontra ż-żieda fit-taxxa tal-fjuwil fi Franza.

Eluf ta’ uffiċjali tal-Pulizija mistennija jinżlu fit-toroq tal-Kapitali Franċiża biex jevitaw li jkun hemm il-vjolenza, bħal ma kien hemm fl-aħħar ġimgħat.

Il-protestanti kollha libsu flokk isfar għal waqt il-protesti, li issa qed isiru wkoll biex il-poplu jitlob riforma fis-sistema edukattiva Franċiża. Aktar kmieni s-Sibt, diversi persuni sfaw arrestati waqt dawn id-dimostrazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend