BIL-FILMAT: 'Thugs of Hindostan' miġbud f'Malta | One News

Notifiki

BIL-FILMAT: ‘Thugs of Hindostan’ miġbud f’Malta

“Thugs of Hindostan” huwa film Indjan miġbud Malta. Film ta’ avventura sħiħa li seħħet meta l-Ingliżi kienu qed jokkupaw l-Indja.

Il-film inġibed f’Forti Rinella u Forti Rikażli fil-Kalkara fejn inbena s-sett minn ħaddiema maltin, b’mod professjonali, sabiex ikun jista jinġibed dan il-film ta’ Bollywood.

Vijay Krishna Acharya id-direttur u kittieb rinomat internazzjonalment speċjalment fix-xena tal-films indjani,  qal li l-istorja hija ibbazata fuq xwieni. Xwieni li nbnew ukoll f’Malta.

“The film is about the fight for their kingdom”

Id-Direttur tal-film qal li f’dawn l-aħħar sentejn għamel diversi xhur f’Malta, jiġbed xeni għall-produzzjoni tal-film. B’Malta offriet esperjenza unika sabiex jinġibed dan il-film.

“Shipwereck was build in malt shot in Malta so it was a great experience.”

Id-Direttur reġa’ qiegħed pajjiżna sabiex ikun wieħed mill-ġurija fl-ewwel festival tal-films Indjani b’taħlita ma’ produzzjonijiet Maltin.

Filfatt fil-festival ser jintwerew sitta u għoxrin film, għoxrin minnhom films indjani.

Il-Festival qed jittella’ taħt id-Direzzjoni ta’ Engelbert Grech.

“L-industrija ta’ Bollywood hija b’saħħitha u rajna li qiegħed jiġi attirat ħafna turiżmu lejn pajjiżna, grazzi ukoll għal din l-industrija.”

Il-Kummissarju tal-Malta Film Comission Johann Grech qal li Bollywood hija industrija famuża tal-films ibbażata f’Mumbai, l-Indja u hija industrija b’saħħitha ħafna.

“Fi żmien sena attirajna żewġ films mill-Indja li anki semmew isem Malta bhala Malta.”

Il-Malta India Film Festival qed jittella’ fil-Kavallier ta’ San Ġakbu matul din it-tmiem il-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend