Partitarji ta' Chelsea akkużati b'kummenti razzisti waqt partita kontra Tottenham | One News

Notifiki

Partitarji ta’ Chelsea akkużati b’kummenti razzisti waqt partita kontra Tottenham

Partitarji taċ-Chelsea qed jiġu akkużati b’kummenti razzisti waqt il-logħba tal-Europa League tal-Ħamis filgħaxija. Jidher li partitarji ta’ dan it-tim Ingliż infexxew f’tgħajjir anti-semitiku fil-konfront tar-rivali tagħhom fil-logħba, Tottenham. Il-logħba kienet qed tintlagħab fil-Groupama Arena, f’Budapest.

Minkejja dan kollu, il-UEFA qalet li se tistenna rapporti minn uffiċjali tal-logħba u d-delegati li kienu preżenti biex jaraw jekk għandhiex tieħu passi f’dan il-każ. Fakkret kif f’każijiet simili, l-akkużi fil-konfront tat-tim inkwistjoni jinfetħu madwar 24 siegħa wara l-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend