Isibu ittra għax-Xiħ tal-Milied miktuba minn tifla ta' ħames snin 120 sena ilu | One News

Notifiki

Isibu ittra għax-Xiħ tal-Milied miktuba minn tifla ta’ ħames snin 120 sena ilu

Ittra indirizzata lix-Xiħ tal-Milied miktuba minn studenta Vittorjana nstabet wara 120 sena. 

Fiha, it-tifla ta’ ħames snin li kien jisimha Marjorie minn Eastbourne staqsiet lix-Xiħ tal-Milied biex iġibilha ġugarelli f’forma ta’ papri u tiġeġ, kalzetta kbira tal-Milied, u kif ukoll żigarella u ballun għall-qattusa tagħha Kittykins.

L-ittra li ġiet miktuba fit-2 ta’ Diċembru fl-1898 nstabet moħbija fi ktieb li ngħata bħala donazzjoni lil ħanut tal-karità.

Issa din l-ittra tpoġġiet f’vetrina ta’ ħanut tal-ġugarelli f’Cantebury.

Assistenta fil-ħanut bl-isem ta’ Lily Birchall, li kien missioner li sab l-ittra, tkellmet ma’ BBC fejn qalet kif hi tixtieq issib min kienu l-familja ta’ Marjorie sabiex tagħtihom l-ittra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend