BIL-FILMAT: Iktar minn biljun ewro fi dħul mill-IIP – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iktar minn biljun ewro fi dħul mill-IIP

Bejn Lulju tal-2017 u Ġunju tal-2018, il-programm daħħal iktar minn 260 miljun ewro, b’160 miljun minnhom ġejjin minn kontribuzzjonijiet.

Id-dħul totali mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment kien kważi disa mija tnejn u disgħin miljun ewro, iżda meta tikkunsidra d-dħul mill-miżati tal-ewwel sena, l-ammont jaqbeż sew il-biljun ewro.

Ir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tar-Regolatur juri li tnejn u sittin fil-mija tal-applikanti kienu Ewropej, filwaqt li l-Ażjatiċi ammontaw għal terz tal-applikanti u huma l-iktar grupp ta’ investituri li qed jikbru fi ħdan l-istess porgramm.

Filwaqt li nġabru biljun ewro, il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment irrifjuta kwart ta’ dawk li applikaw, u għaldaqstant ġew rifjutati kwart ta’ biljun ewro fi flus.

Minkejja li hija somma kbira, din kienet meħtieġa sabiex il-programm iżomm l-integrita tiegħu. Programm li minkejja l-attakki kontrih mill-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, il-Kummissjoni Ewropea approvatu bla problemi.

Matul l-istess perjodu, 266 applikant u s-648 dipendenti tagħhom laħqu l-proċess ta’ naturalizzazzjoni.

Mill-bidu tal-programm, madwar 3,000 applikant akwistaw iċ-ċittadinanza Maltija.

Bejn Lulju 2017 u Ġunju 2018, l-applikanti investew mat-30 miljun ewro fi proprjeta, biex b’hekk l-investiment totali taħt dal-programm qabeż il-100 miljun ewro.

Investiment totali ta’ iktar minn €100 miljun fi propjetà

Bħala medja, nefqu viċin il-miljun u mitejn elf ewro, ċifra li hija iktar mit-tripplu minn dak meħtieġ.

Irriżulta wkoll li fl-aħħar sentejn, il-persuni fi ħdan il-programm bdew jipreferu li jikru l-proprjeta millli jixtruha.

Ir-rapport qal ukoll li n-numru ta’ entitajiet li huma liċenzjati biex jissottomettu l-applikazzjonijiet kompla jikber u issa laħaq il-159.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend