BIL-FILMAT: Ġurnata ta’ sports kontra l-vizzji – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Ġurnata ta’ sports kontra l-vizzji

Is-Siġġiewi Football Club Youth Nursery flimkien mal-fondazzjoni għall-logħob responsabbli organizzaw jum sportiv fil-grawnd tal-istess klabb.  L-attivitá saret ukoll bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għas-servizzi finanzjarji, ekonomija diġitali u l-innovazzjoni.

Tul il-ġurnata bosta tfal u familji kienu mistiednin għal diversi logħob, sports u divertiment. L-uffiċjal eżekuttiv għall-promozzjoni għall-fondazzjoni għal-logħob responsabbli, Kayne Said saħaq kif l-isport iżomm lit-tfal il-bogħod mill-vizzji tal-logħob. Dan filwaqt li l-fondazzjoni qiegħda hemm biex toffri l-għajnuna lil kull min qed jiġġieled mal-vizzju tal-logħob.

“ Aħna l-għan tagħna huwa li niġbru fondi mill-gvern, entitajiet varji u setturi differenti tas-soċjetá biex insaħħu r-riċerka, inkunu ta’ spalla għal dawk li jbatu mill-vizzju tal-logħob permezz tal-call centre tagħna 1777.  Inħeġġeġ minn hawnhekk lil kull min ibati mill-vizzju biex jgħati telefonata u iwieġeb staff imħarreġ tagħna.”

Jonathan Vassallo, l-President tan-Nursery fis-Siġġiewi stqarr kif din in-nursery flimkien ma’ skejjel tal-isports oħra f’pajjiżna qed jgħinu sabiex itellgħu il-ġenerazzjonijiet futuri.

“Aħna minn mindu ikunu erba’ snin it-tfal nattirawhom lejn in-nursery tal-futbol, nippruvaw ukoll anke naslu permezz ta’ laqgħat mal-iskola lokali mal-kulleġġ San Injazju biex nintroduċu ruħna mat-tfal u hemmhekk imbgħad nibdew bl-edukazzjoni flimkien mal-coaches professjonali għat-tfal tagħna.”

Għal din il-ġurnata kien hemm bosta tfal u coaches minn nurseries differenti li ħadu sehem f’bosta sports u attivitajiet differenti.  Il-banda San Nikola tas-Siġġiewi stess ukoll henniet lil bosta preżenti bid-daqq ta’ bosta għanjiet popolari tal-milied f’marċ li beda mill-pjazza sal-grawnd.

 


Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend