Father Christmas se jinżel mal-faċċata tal-Knisja ta’ Raħal Ġdid – One News

Notifiki

Father Christmas se jinżel mal-faċċata tal-Knisja ta’ Raħal Ġdid

F’Raħal Ġdid il-Milied huwa ċċelebrat b’tiżjin u armar fit-toroq, fil-każini kif ukoll fid-djar u l-attività ‘Milied f’Casal Paola’ tkun il-qofol ta’ dan kollu b’attività festiva li se ssir propju fil-pjazza tar-raħal u numru ta’ toroq oħra prinċipali fil-madwar.

Il-11 il-edizzjoni ta’ ‘Milied f’Casal Paola 2018’ din is-sena ser issir illum il-Ħamis 13 ta’ Diċembru. L-attivita qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali Paola flimkien mas-Socjeta De Paule bil-kollaborazzjoni  u s-sehem ta’ diversi għaqdiet u gruppi mil-lokal ta’ Raħal Ġdid. Hemm ukoll l-appoġġ tal-komunità kummerċjali ta’ dan il-lokal.L-attivitajiet jibdew mis-2.00pm ta’ filgħaxija ‘il quddiem.

Din l attivita mifruxa fil pjazza ta’ Rahal Ġdid ser tbiddel din il pjazza f’atmosfera ta’ villaġ tal-Milied. Id-dwal li din is-sena qed izejjen il pjazza u l-madwar kif ukoll il faccata tal-kazin De Paule ikomplu jdaħħluk f’atmosfera maġika tal-milied.

F’din l-attivita’ ser jkollna baned, wirjiet, kant, żfin, ħwienet miftuħa sa tard bil-lejl u attrazzjoni ħelwa għat-tfal hekk kif fis-6.30pm ħa jkollna l-wasla tal-Father Christmas fejn dan ser jinżel mal-faċċata tal-Knisja Parrokjali sabiex jiġbor l-ittri tat-tfal u jqassam il-ħelu.

Dawk kollha li għada jagħmlu  x-xirjiet tagħhhom mill-ġwienet ta’ Raħal Ġdid ser jidħlu fiċ-ċans ukoll li fi tmiem is-serata jirbħu jew €200 jew €150 jew €100 f’cash.

Dan u ħafna aktar għada f’Raħal Ġdid il-Ħamis 13 ta’ Diċembru bejn is-2pm u 9pm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend